Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jakkuża lill-Ministru tal-Edukazzjoni li żgwida l-Kamra tad-Deputati meta fil-Parlament fisser kif l-iskema tal-Community Work Scheme hija simili għal skema li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar amministrazzjoni.
Xi ħaġa li saħansitra kkonferma l-Eks Ministru Carm Mifsud Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni llum.
Il-Ministru Bartolo oġġezzjona bil-kbir għall-kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li sakemm Busuttil ma jirtirax id-diskors tiegħu allura ma kienx se jwieġbu għal mistoqsija supplimentari dwar is-suġġett.
Bl-ispeaker tal-kamra jipprova jsib it-triq tan-nofs, bil-għan li l-parlament jibqa’ miexi, Busuttil għażel it-ton tal-konfront u għalhekk iż-żewġ naħat ma qablux. Dan wassal biex il-Ministru għall-Edukazzjoni talab biex l-ispeaker jagħti ruling. Ruling li fih qal li wieħed irid joqgħod attent mid-diskors li jintuża.
“Qed nitlob ruling fuq li qal li rrid niżgwida, u ma rridx inwieġeb fuq xi ħaġa li jien kburi li għamiltha,” qal il-Ministru Bartolo dwar skema li dwarha l-Partit Nazzjonalista għamel konferenza tal-aħbarijiet, li dettalji dwarha se nsegwuhom fis-servizz.