Konferenza tal-Commonwealth li ssir kull sentejn, ser issir f’Malta fl-2017.
Wara s-suċċess tac-CHOGM, din hija l-ewwel darba li l-konferenza ser issir f’pajjiżna. It-tema ser tkun: Fit for the future: resources and capacity for effective local government.
F’messaġġ rekordat, il-Prim Ministru Joseph Muscat li bħalissa jinsab il-Libja, saħaq dwar ir-rilevanza tal-Commonwealth f’kull livell: kemm dak globali u anke dak lokali.
Iddeskriva l-konferenza bħala forum fejn nies minn lokalitajiet, bliet u rħula differenti madwar id-dinja jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u l-aħjar prattiċi. Il-Prim Ministru huwa c-Chairman in Office tal-Commonwealth bħalissa.
Il-Ministru għal Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo u s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda nkarigat mill-Governanza Lokali Carl Wright kienu preżenti.
https://youtu.be/fzXS1FuHe0U