Jekk ir-risposta hija iva, allura Simon Busuttil huwa espost għal ksur ta’ money laundering act. Ir-resistenza ta’ Simon Busuttil milli jwieġeb il-mistoqsijiet qed tqajjem aktar dubbji f’dan il-każ bla preċedent.
Dawn kienu punti li qajmu l-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Membru Parlamentari Luciano Busuttil.
Luciano Busuttil qal li l-Partit Laburista ilu għal dawn l-aħħar jiem jistaqsi żewġ mistoqsijiet li fuqhom hemm bżonn tweġiba.
- Se jippubblika l-invoices foloz li għandu?
- Huwa zgur li m’hemm ħadd aktar li qed iħallaslu l-pagi ta’ ħaddiema oħra fil-PN?
Luciano Busuttil qal li r-resistenza ta’ Simon Busuttil milli jwieġeb il-mistoqsijiet qed tqajjem aktar dubbji f’dan il-każ bla preċedent. Żied jgħid li dan huwa każ ċar li fih il-Partit Nazzjonalista nqabad. Każ ċar fejn Simon Busuttil inqabad. Każ li juri kemm Busuttil hu falz.
Il-Membru Parlamentari qal: “qed nitkellmu fuq sistema li ħoloq huwa stess, sistema ta’ invoices foloz in return għall-ħlas ta’ żewġ pagi li talab hu, żewġ pagi tal-ogħla uffiċjali tiegħu. Każ li rridu niftakru u nirrepetu li sar solament minn persuna li ma titlifx ġurnata waħda biex titkellem fuq il-kontabilità, fuq il-good governance u fuq it-trasparenza biex tipprova turi kemm hija nadifa”.
Żied jgħid “ma titlifx ġurnata biex tikkundana lil xi ħaddieħor mingħajr prova waħda, iżda dwarha u meta jkun hemm dikjarazzjonijiet ċari tinsa dak li tkun qalet għal mument. Simon Busuttil falla test wara l-ieħor u issa għandna każ ieħor li qed ifalli, każ li fih the buck stops with him. Għalhekk il-Partit Laburista qed ikompli jinsisti. Jinsisti għax it’s rich li persuna li tridha tar-role model għandu f’ħoġru każ li jibda u jispiċċa miegħu”.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li meta l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi qal li rċieva SMS mingħand il-Grupp DB biex jirritorna l-flus, ir-reazzjoni tiegħu kienet li iva hekk kien ser jagħmel, għax dawk il-flus kienu maħmuġin. Fi spażju ta’ ġimgħa iżda, il-Kap tal-Oppożizzjoni biddel fehmtu, biex f’intervista l-Ħadd li għadda qal li se jkun qed iżomm il-flus ‘għax m’għamel xejn illegali u għax tkellem u jekk jagħti l-flus lura jkun qed ifisser li qed jammetti li saret xi ħaġa ħażina’.
“Din hija inkonsistenza grassa ta’ Busuttil falz” qal Zammit Lewis . “Simon Busuttil għadu jaħseb li l-flus li aċċetta huma flus maħmuġa? Allura Simon Busuttil huwa espost għal ksur ta’ money laundering act”.
Temm b’lista ta’ mistoqsijiet.
- X’qed iżomm lil Simon Busuttil milli jippublika l-invoices jekk mhux il-fatt li huma foloz?
- X’għandu x’jaħbi?
- Minn xiex qed jibża’?
- Jekk kif qed jgħid li dawn ingħata servizz in return, mhux faċli allura tgħid x’servizzi kienu?
- Jiċħad li rċieva aktar minn €500,000 f’donazzjonijiet mill-grupp DB kif irraportat il-media?