Quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali li se tinvestiga l-Iskema Pagi tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ma jistax jiqba’ sieket.
Il-Ministru Bonnici qal li f’dan il-każ hemm ksur serju tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Spjega li hija ċara fil-liġi li min jagħti flus lill-Media.link ikun tagħhom lill-Partit Nazzjonalista. Il-Ministru żied jgħid li llum il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jagħti x’jifhem li l-Kummissjoni Elettorali qed tinvestiga lill-Partit Nazzjonalista. Dan iddeskrivih bħala aġir fjakk u miskin, u sar bħala reazzjoni biex jagħtti lil tad-DB. “Huwa attakk iddisprat minn tal-PN” stqarr Bonnici, u sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jiffoka fuq il-każ tad-DB, li jibda u jispiċċa ma’ Simon Busuttil.