Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu kemm indirizza ‘konferenza’ li fiha għażel li ma jkollux udjenza quddiemu, biex la jara, la jisma’, u lanqas iwieġeb domandi.
Dik li qed isseħħ dagħodu fuq Radio 101 qed tissejjaħ ‘konferenza’ tas-Solidarjetà Ħaddiema tal-PN, u kienet indirizzata minn Busuttil f’monologu sħiħ fejn ħadd ma seta’ jmeri jew imqar iqajjem punt. Għal bosta, hija mossa ċara: bidla fit-tattika ta’ Busuttil li tirrifletti l-iskumdità li bħalissa jinsab fiha. Għaliex punti x’jitqajjmu bħalissa hemm bosta, bl-iktar waħda pertinenti tibqa x’se jagħmel Busuttil dwar l-invoices foloz li għandu fil-konfront tad-DB Group.