Wara li lbieraħ ħabbarna l-possibiltà li l-konferenza prestiġjuża Our Ocean issir f’pajjiżna, illum dan huwa fatt ikkonfermat mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Il-konferenza ‘Our Ocean’ din is-sena saret f’Washington DC, fil-preżenza tal-President Amerikan Barack Obama.
Iffokat fuq zoni marittimi protetti, is-sajd sostenibbli, it-tniġġiż marittimu, u l-impatt tal-klima fuq l-oċeani. Il-President Amerikan kien fost dawk li indirizza lil dawk preżenti, inkluż delegazzjoni Maltija. Il-konferenza hija organizzata mis-Segretarju tal-Istat John Kerry.
Fost dawk li għamlu l-interventi tagħhom hemm il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera u l-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella.