ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Internazzjonali

      Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘Serving’

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      “Il-PL kompla jiġġedded, komplejna niftħu l-bibien u hekk se nibqgħu nagħmlu” 

      15 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      “Naħdmu f’Partit imġedded u li jħares lejn il-ġejjieni” – il-PM fl-għeluq il-Konferenza…

      15 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      38 Malti jiġu evakwati mil-Libja b’mod sigur

      15 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘Serving’

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

      15 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Putin mhux mistenni jattendi għat-taħditiet ta’ paċi mal-Ukrajna  

      15 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa għas-sitt xhur li ġejjin 

      14 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Birkirkirka fil-finali b’goal f’kull taqsima

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-papa Ljun XIV jiltaqa’ mat-tennista Jannik Sinner

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-plejers ta’ Ħamrun Spartans illejla bi flokk ġdid għal kawża ġusta

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd

Konferenza li tinsisti fuq titjib permezz ta’ aktar bidla infrastrutturali

minn ONE News 22 ta' Ġunju 2018
minn ONE News 22 ta' Ġunju 2018

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg indirizza l-konferenza ‘Improving through Change’ mtella’ mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Christopher Cutajar fi ħdan l-istess ministeru.

Il-Ministru Borg irrefera għat-tema tal-konferenza, u qal li l-kunċett ta’ bidla huwa kunċett importanti, iżda huwa importanti wkoll li wieħed iħares lura lejn dak li jkun inkiseb u jara kif dan ġie implimentat. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu bil-kisbiet tal-ministeru matul din l-aħħar sena u semma r-relevanza miżjuda li l-ministeru kiseb matulha. Huwa qal li din ġabet magħha ċertu sfidi, iżda faħħar u rringrazzja lill-ħaddiema tal-ministeru għax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu u li hu tant relevanti għall-pajjiż.

Il-Ministru Borg saħaq dwar l-importanza tal-ġid ekonomiku li qiegħed jesperjenza l-pajjiż, iżda fakkar li dan ifisser ukoll illi rridu naħdmu iktar biex insostnu l-pass li qbadna u anke ntejbuh. Il-Ministru qal li għad fadal ħafna xi jsir. Huwa aċċena għat-twaqqif li se jsir dalwaqt ta’ Infrastructure Malta li se tkun qed timplimenta l-investiment mingħajr preċedent ta’ €700 miljun fl-infrastruttura tat-toroq. Huwa tkellem dwar il-bżonn li nkomplu naraw kif intejbu aktar il-kisbiet li saru s’issa mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Hawnhekk, il-Ministru rrefera għax-xogħol tal-predeċessur tiegħu Joe Mizzi fuq is-servizz tat-trasport pubbliku, li issa tant laħaq popolarità li hemm bżonn ta’ aktar ħidma sabiex it-trasport isir aktar effiċjenti. Il-Ministru Borg fakkar ukoll fl-importanza tas-setturi tal-avjazzjoni u tal-marittimu, żewġ setturi li qed jagħmlu ħafna kisbiet u qed iġibu magħhom ħafna opportunitajiet.

Il-Ministru Borg faħħar ukoll id-diversi ħidmiet tal-awtoritajiet l-oħra, fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar li għamlet ħafna avvanzi, speċjalment fejn jidħlu għodda diġitali u l-Awtorità tal-Artijiet li wkoll għamlet passi importanti ’l quddiem.  Il-Ministru Borg fakkar ukoll fil-ħidma li għaddejja sabiex tinħoloq entità li se tkun qiegħda tirregola aħjar l-industrija tal-kostruzzjoni, u li se tgħaqqad numru ta’ entitajiet iżgħar li diġà jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru. Huwa qal li r-regolazzjoni tal-industrija tal-bini għandha ssir mingħajr burokrazija u li din għandha tiġi appoġġjata minn infurzar sod li jiżgura li l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin ma tiġix affettwata ħażin minn din l-industrija.

Il-Ministru Borg tkellem dwar ix-xogħol importanti li jsir mid-dipartimenti tal-ministeru stess, fosthom id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura li jqarreb lill-ministeru lejn il-komunitajiet bix-xogħlijiet utli li dan jagħmel.

Huwa aċċena għall-fatt li l-ministeru huwa wieħed tassew vast u qal li din ukoll hija opportunità li tagħti lok għal aktar diskussjoni u konsolidazzjoni. Il-Ministru tenna l-importanza tal-appoġġ u l-ħidma li ssir mis-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru, li twassal għal direzzjoni politika u strateġija li tkun ikkomunikata b’mod ċar. Huwa għalaq billi rringrazzja lil kulħadd u saħaq dwar l-importanza li nħarsu ’l quddiem għal aktar ħidma u għal futur mill-aqwa.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius irringrazzja lis-Segretarju Permanenti għal din l-inizjattiva li twassal għal aktar għarfien u konsolidazzjoni bejn id-diversi dipartimenti li jaqgħu fi ħdan il-ministeru. Huwa tkellem dwar l-importanza li nirriflettu fuq li għamilna u naraw kif se ntejbu dan għaż-żmien li ġej. Is-Segretarju Parlamentari Agius saħaq dwar l-importanza li l-management ikollu relazzjoni pożittiva mal-ħaddiema tiegħu u qal li meta wieħed jaħdem bħala team, dejjem se jkollu riżultati aħjar. Huwa qal li l-esperjenza tiegħu matul din is-sena kienet waħda ta’ ħafna tagħlim f’settur li kien ġdid għalih, u esprima l-kunfidenza tiegħu li għad baqa’ ħafna kisbiet xi jsiru.

Is-Segretarju Parlamentari ddeskriva lill-Awtorità tal-Ippjanar bħala eżempju mill-aqwa ta’ entità li topera b’suċċess, u semma wħud mill-kisbiet ta’ din l-Awtorità, speċjalment fejn jidħlu aċċessibilità għall-klijenti u flessibbiltà għall-impjegati. Huwa tkellem dwar l-isfidi li għandu r-Reġistru tal-Artijiet iżda ħares ’il quddiem b’pożittività lejn il-futur ta dan ir-reġistru. Chris Agius qal li l-Awtorità tal-Artijiet ukoll kellha sena ta’ ħidma u sena ta’ suċċessi, fejn f’perjodu ta’ seba’ xhur ġew deċiżi mat-3,000 każ, u li filwaqt li għad baqa’ xi jsir, il-futur tal-awtorità jidher li huwa wieħed sabiħ.

Is-Segretarju Parlamentari Agius għalaq billi esprima l-kunfidenza tiegħu fil-futur u qal li jeħtieġ li nħarsu ’l quddiem filwaqt li irringrazzja lil kulħadd ta’ sena li tista’ tiġi deskritta biss bħala waħda ta’ suċċess.

Is-Segretarju Permanenti Christopher Cutajar ta’ preżentazzjoni dwar il-ħidma li qiegħed iwettaq u li se jkun qiegħed iwettaq il-Ministeru. Is-Sur Cutajar tkellem dwar l-importanza ta’ konferenza bħal din, fejn wieħed jista’ jitgħallem dwar prattiċi tajbin f’entitajiet oħra. Diskussjoni bħal din twassal għal aktar tibdil u aktar inizjattivi bl-għan li jsiru t-tibdiliet meħtieġa għal servizz pubbliku msaħħaħ.

Huwa ta eżempji ta’ proġetti relevanti li ġew implimentati tul dawn l-aħħar sitt xhur. Fost dawn, semma li ġew installati pannelli fotovoltaiċi fuq il-binja ta’ Project House f’Beltissebħ il-Furjana. Permezz tal-enerġija ġenerata qed ikunu frankati l-flus li jistgħu jitpoġġew fuq proġetti oħra għall-benefiċċju tal-pubbliku. Fejn jidħlu riżorsi umani, is-Sur Cutajar spjega l-miżuri li ttieħdu u li hemm ippjanati, fosthom taħriġ fil-qasam industrijali u għodod li jiffaċilitaw il-proċessi għall-impjegati tal-ministeru, kemm dawk li jaħdmu fl-uffiċini kif ukoll dawk li jaħdmu fuq barra, favur aktar sigurtà u żvilupp.

Il-ministeru qiegħed jippjana wkoll proġetti akbar, bħar-riġenerazzjoni ta’ Sally Port fil-Birgu, fil-parti li mill-Kalkara tagħti lejn il-Birgu, li diġà wasal fl-istadju ta’ studji speċifiċi u spezzjonijiet sabiex jgħinu fit-tfassil tal-kunċett tad-disinn tal-proġett. Is-Segretarju Permanenti tkellem ukoll dwar l-impenn tal-immaniġġjar taż-żoni kostali, fejn qed issir kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet li għandhom interess fih, filwaqt li qiegħed isir xogħol mal-Università ta’ Malta favur mudelli tal-aqwa kwalità. Dan il-proġett huwa mmirat sabiex jitnaqqas il-periklu fit-tliet żoni identifikati, li huma ż-Żonqor f’Marsaskala, St Peter’s Pool f’Delimara u l-bajja tal-Ġnejna. Dan flimkien ma’ ħidma li twettqet f’din l-aħħar ġimgħa favur is-sigurtà fil-bajja ta’ Għar Lapsi.

Huwa qal ukoll li għaddejja ħidma intensiva sabiex titwaqqaf aġenzija għall-investigazzjonijiet tas-sigurtà fis-settur tat-trasport. Din l-aġenzija hija maħsuba li twettaq investigazzjonijiet bl-għan li jkun hemm approċċ kompletament differenti mill-investigazzjonijiet li aħna mdorrijin bihom sa issa. L-idea hija li dawn l-investigazzjonijiet iservu ta’ analiżi sħiħa biex jikkontribwixxu fit-titjib tad-disinn tat-toroq tagħna bil-ħsieb li jkunu aktar sikuri. Permezz ta’ delegazzjoni li attendiet għall-Forum Internazzjonali tat-Trasport imtella’ fil-Ġermanja fl-aħħar ta’ Mejju li għadda, il-ministeru kellu laqgħat bilaterali li wasslu biex wieħed se jkun f’qagħda li jżur pajjiżi oħrajn fejn dawn il-mudelli qed jintużaw biex titwaqqaf kollaborazzjoni internazzjonali ġdida f’dan ir-rigward.

TAGS 2018chris agiusIan Borginfrastruttura
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘Serving’

    16 ta' Mejju 2025
  • “Il-PL kompla jiġġedded, komplejna niftħu l-bibien u hekk se nibqgħu nagħmlu” 

    15 ta' Mejju 2025
  • “Naħdmu f’Partit imġedded u li jħares lejn il-ġejjieni” – il-PM fl-għeluq il-Konferenza Ġenerali Straordinarja 

    15 ta' Mejju 2025
  • 38 Malti jiġu evakwati mil-Libja b’mod sigur

    15 ta' Mejju 2025
  • L-għeluq tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista fiċ-ĊNL

    15 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept