F’pajjiżna bħalissa qed tittella’ konferneza konsultattiva dwar il-ġerjatrika. Għal din il-konferenza attendew professjonisti minn tnejn u għoxrin pajjiż minn madwar l-Unjoni Ewropea.
Matul dawn il-jiem ittellgħet f’pajjiżna konferenza konsultattiva dwar il-ġerjatrika u l-fraġilità tal-anzjani, liema konferenza attrattat lejn pajjiżna professjonisti minn tnejn u għoxrin pajjiż minn madwar l-Unjoni Ewropea.
Din il-konferenza ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, Anthony Agius Decelis.
Barra minn hekk, hu spjega li qed tinħass urġenza biex l-istrateġija dwar il-ġerjatrika tkun waħda li tinkludi iktar il-parteċipazzjoni tal-anzjani. L-għan aħħari tal-istrateġija fil-fatt hu li l-anzjani jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità.
Agius Decelis temm jgħid li hu se jkun qed jaħdem qatigħ biex jassigura li d-dipartiment inkarigat mill-CommCare ikollu r-riżorsi meħtieġa biex jagħmel xogħolu sew u bl-aqwa mod.
Sadanittant tkellimna wkoll ma’ konsulent tal-ġerjatrika, li tkellem magħna dwar l-importanza ta’ din il-konferenza.