“Bħala destinazzjonijiet Ewropej m’għandniex naraw lil xulxin bħala kompetituri iżda nikkolaboraw flimkien biex ikollna suq internazzjonli tat-turiżmu akbar.”
Waqt li kien qed jindirizza l-73 konferenza ġenerali Hotrec, dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija, il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis spjega kif fi żmien li pajjiżi membri Ewropej differenti qed isibu diffikultá biex jistabbilizzaw l-ekonomija tagħhom, it-turiżmu baqa’ kontributur importanti għall-ekonomija Ewropea, settur li jiġġenera biljuni filwaqt li jsaħħaħ u jintroduċi kumpaniji żgħar u medji.
Il-Ministru ħabbar li matul il-Presidenza Ewropea tal-2017, se tkun qed tittella konferenza ta’ livell għoli dwar it-Turiżmu. Din il-konferenza se ġġib flimkien madwar il-mejda entitajiet relevanti u se tkun qed tiddiskuti l-futur tat-turiżmu fl-Ewropa.
Il-Ministru fisser kif it-tkabbir fit-turiżmu, jirrikjedi aktar attenzjoni politika, u ħidma bejn l-investituri u dawk il-ħaddiema li ta’ kuljum jaħdmu f’dan is-settur. Fi kliem il-Ministru din il-perspettiva se twassal għal aktar opportunitajiet ta’ investiment u impjiegi madwar l-Ewropa kollha u jaħdem id f’id, mhux biss ma’ dawk li jinvestu, iżda wkoll ma ‘dawk li fuq ix-xogħol kuljum fi ħdan dan settur. Fi kliem il-Ministru din il-perspettiva se twassal għal aktar opportunitajiet ta investiment u impjiegi madwar l-Ewropa kollha.
Rigward il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, il-Ministru qal li t-turiżmu se jkun wieħed mill-prijoritajiet. “Se nkunu qed nassiguraw modi differenti ta’ kif insaħħu dan is-settur, permezz ta’ diskussjonijiet dwar pjanijiet ta’ azzjoni komuni fuq il-manutenzjoni ishma tas-suq sabiex ikollna settur tat-turiżmu aktar b’saħħtu u promozzjoni aktar effettiva” spjega l-Ministru.
Iż-żewġ prijoritajiet dwar it-turiżmu matul il-Presidenza se jkunu:
– Kollaborazzjoni aħjar bejn il-pajjiżi Ewropej fejn jidħol it-turiżmu
– Mekaniżmi effettivi sabiex is-settur turistika fl-Ewropa jaddatta għall-ambjent ekonomiku