Fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li l-programm li qed iressaq il-Partit Laburista hu programm strutturat, jaħseb f’kulħadd u jħares lil hinn minn leġislatura waħda.
Qal li hu programm t’elf proposta li jġedded il-viżjoni tal-Partit Laburista għal dan il-pajjiż.
Hu ħabbar uħud mill-proposti fosthom uħud speċifikament immirati għat-tisħiħ tal-lingwa Maltija fost it-tfal.
Uħud mill-proposti l-oħra mħabbra minn Daniel Micallef kienu jinkludu t-tnaqqis fit-taxxa għal 7.5% għal aktar nies li jaħdmu fis-settur sportiv, proposti marbuta mas-saħħa mentali, 30% tal-ispejjeż fuq investiment ġdid jew rinnovar tal-lukandi fost oħrajn.