L-għaqda hi waħda mill-fatturi li tiddefinixxi lill-Partit Laburista fuq il-Partit Nazzjonalista.
B’dan il-kliem id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, tal-Partit Laburista Chris Fearne għalaq l-indirizz tiegħu fil-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.
Id-Deputat Prim Ministru qal kif f’din il-leġislatura ż-żewġ partiti kellhom kontestazzjoni għall-Mexxej ġdid, iżda fuq naħa din il-kontestazzjoni waslet biex firdet Partit filwaqt li minkejja lill-Partit Laburista kellu kontestazzjoni, iż-żewġ kontestanti ngħaqdu mill-għada stess biex komplew mexxew il-partit u l-pajjiż ’l quddiem.