Fil-kapitali Franċiża Pariġi qed tittella’ konferenza internazzjonali deskritta minn ħafna bħala kruċjali, biex tħeġġeġ taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani.
Delegati minn sebgħin nazzjon mistennija jingħaqdu flimkien u jappoġġjaw soluzzjoni għall-paċi bejn iż-żewġ stati, li ilhom fil-kunflitt deċenji sħaħ.
Il-Palestinjani laqgħu l-istedina b’differenza għall-Iżrael li mhux qegħdin preżenti għaliex skonthom l-istess konferenza tmur kontra l-interessi Iżraeljani. L-aħħar sensiela ta’ taħdidiet bl-istess għan kienu sfaxxaw fix-xejn f’April tal-2014.