Il-Federazzjoni Dinjija tal-Istock Exchanges għażlet lil pajjiżna sabiex fis-sena 2020 tospita l-konferenza ta’ diversi boroż madwar id-dinja. Din hija l-ewwel darba li pajjiżna ntgħażel sabiex itella’ din il-konferenza minn federazzjoni dinjija li hija waħda rispettabli ħafna fil-qasam finanzjarju.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħaq li din l-aħbar hija waħda tajba ħafna għall-pajjiżna. Qal li din id-deċiżjoni turi li l-istock exchanges madwar id-dinja qed jagħrfu u jemmnu iżjed fil-Borża ta’ Malta.
“Il-profile tal-Borża, qiegħed, Malti, qiegħed jogħla u filfatt biex huma jaċċettaw li Malta tihhostja, jiġifieri tiġi konferenza f’pajjiżna tal-istokk exchanges globali tal-federazzjoni, is-sena d-dieħla hija kumpliment kbir għal trust li għandhom fil-Borża ta’ Malta,” huwa qal.
Il-Ministru Scicluna ħabbar dan waqt konferenza stampa li matulha l-Borża ta’ Malta nediet tliet indiċi tal-bonds ġodda biex l-investituri jkejlu aħjar l-investimenti tagħhom.
Iċ-Ċermen tal-Borża ta’ Malta, Joseph Portelli saħaq li dawn l-indiċi ġodda se jagħmluha iżjed faċli sabiex il-Maltin li jinvestu fil-Borża jkunu jistgħu iqabblu b’mod faċli r-ritorn fuq il-bonds.
“The indexes are there about giving information to our investing public, it’s important that when a Maltese invest in a portfolio of equities or bonds either with a fund or whether they do it themselves, that they can compare the returns with a return of buy and hold instruments,” saħaq is-Sur Portelli.