Rapprezentanti ta’ entitajiet differenti u uffiċjali għolja minn tlettin pajjiz differenti minn madwar id-dinja kienu f’pajjizna għall-konferenza ta’ jumejn dwar it-turizmu fil-Mediterran.
The Mediterranean Tourism Forum organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-lukandi u r-ristoranti, l-MHRA, laqgħet rapprezentanti minn madwar id-dinja li għandhom interess fil-Meditteran. Kif spjega Andrew Agius Muscat – Kap Eżekuttiv tal-MHRA.
Dawk li attendew għall-konferenza baqgħu impressjonati bis-suċċessi ta’ pajjizna fis-settur turistiku.
Il-Konferenza dwar it-turizmu fil-Mediterran kienet indirizzat mill-Prim Ministru Joseph Muscat fejn tkellem dwar l-importanza tas-settur turistiku għall-ekonomija maltija.
Dr Muscat tkellem dwar il-potenzjal li joffri ir-reġjun tal-Mediterran u l-ambizzjoni tal-linja nazzjonali l-Air Malta – li tkun il-linja tal-ajru tal-Meditteran.
Hawn il-Prim Ministru qal li f’dawn l-aħħar ħames snin il-gvern ħadem fuq pjan ħolistiku biex tizdied il-konettivita. Fl-istess waqt l-Air Malta ziedet ir-rotot u aktar linji tal-ajru bdew itiru lejn Malta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-għan u l-vizjoni tal-gvern hija li Malta tkun fuq il-mappa tad-dinja u lejn pajjizna jiġi attirat l-aqwa talent. Dan filwaqt li l-vizitaturi izuru Malta f’ambjent sigur u trankwil.
Kunfidenti li l-aqwa zmien għas-settur turistiku għadu ġej – Enfasiza l-Prim Ministru Joseph Muscat.