L-assoċjazzjoni Maltija tal-Foster Care organizzat laqgħa edukattiva ta’ tagħrif u informazzjoni, għal dawk il-ġenituri u professjonisti kollha li jaħdmu fil-qasam tat-tfal u l-ħarsien tagħhom, fejn tkellmet dwar l-importanza tat-terapija għat-tfal, speċjalment dawk li għaddew minn xi forma jew oħra ta’ abbuż, sabiex dawn ikunu jistgħu ikomplu bil-ħajja tagħhom bħal kwalunkwe wild ieħor.
Permezz ta’ din il-laqgħa ngħata taħriġ sabiex it-tfal jitgħallmu jerġgħu jibdew jafdaw lill-adulti li jkunu preżenti f’ħajjithom, b’dan il-proċess jieħu fit-tul u huwa diffiċli ħafna.
Tkellimna ma’ Paul Gatt, il-President tal-assoċjazzjoni,f ejn spjegalna kif permezz ta’ dawn il-laqgħat, it-tfal jipproċessaw l-beżgħat li għaddew minnhom u jfiqu mill-effetti tat-trawma.
It-terapija tenfasizza li assolutment m’għandux ikun hemm kuntatt mal-persuni li wettqu tali reati hekk kif il-kuntatt f’sitwazzjonijiet bħal dawn jerġa’ jqanqal fit-tfal memorji koroh u trawmi tal-passat.
Qal, ‘’Biex wieħed jagħmel fostering irid jikkuntattja lid-direttorat għal ħarsien tat-tfal, hemmhekk jiggwidawh biex jagħmel kors u jkun jista’ mbagħad wara dak il-kors jieħu xi tifel jew tifla li tant għandom bżonn li jkunu f’ambjent protettiv u l-bogħod mil-abbuż, li jkunu għaddew minnu mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom.’’