Konferenza dwar in-nisa u l-bnied fix-xjenza se ssir hawn Malta bejn l-10 u l-11 ta’ Frar li ġej, jiġifieri fl-istess żmien meta Malta jkollha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Is-sena li għaddiet din il-konferenza saret fi New York. L-għan tagħha hu biex aktar nisa u bniet jitħajru jibdew karriera fix-xjenza, filwaqt li jitfakkru s-suċċessi tan-nisa f’dan is-settur
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli esprimiet sodisfazzjon għax-xewqa tagħha li konferenza bħal din issir f’pajjiżna, liema xewqa se ssir realtà.