Mis-sena l-ġdida, f’Jannar li ġej, iż-żgħażagħ fi Franza se jkollhom aċċess għall-kondoms b’xejn, f’miżura li għandha l-għan li timminimizza infezzjonijiet trasmessi sesswalment.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-President Franċiż ħabbar din il-miżura ġdida tas-saħħa waqt avveniment dwar is-saħħa taż-żgħażagħ.
Emmanuel Macron qal li ż-żgħażagħ se jkunu jistgħu jiġbru l-kondoms mill-ispiżeriji, u ddeskriva din il-miżura bħala “rivoluzzjoni żgħira fil-prevenzjoni”.
Fl-2020 u fl-2021, Franza esperjenzat żieda nazzjonali ta’ 30% fir-rati ta’ infezzjonijiet trasmessi sesswalment.