Aktar kmieni irraportajna li mietet il-Membru Parlamentari Laburista Ingliża Jo Cox.
B’reazzjoni għal dan il-Partit Laburista bgħatt il-kondoljanzi tiegħu. Fi stqarrija qal li dak li ġara llum fir-Renju Unit, bil-qtil tal-membru Parlamentari Ingliża Jo Cox, huwa ta’ dieqa mhux biss għar-Renju Unit jew għall-Partit Laburista Ingliż biss, iżda għad-demokrazija b’mod ġenerali.
Mal-Partit Laburista ingħaqad ukoll l-Speaker tal-Kamra Anġlu Farrugia. F’ismu u f’isem il-Membri Parlamentari kollha wera espressjoni ta’ sogħba u bgħatt il-kondoljanzi lill-iSpeaker tal-House of Commons.