Membri Parlamentari Ingliżi mill-Partit Konservattiv qed jiddiskutu diversi possibiltajiet ta’ kif Theresa May għandha titneħħa minn Prim Ministru.
Sorsi qrib l-istazzjon tal-aħbarijiet Sky qalu li madwar 50 membru tal-Partit Konservattiv qed ikollhom laqgħat sigrieti biex ikun diskuss kif May tista’ tinqala’ darba għal dejjem minn Downing Street.Ħafna minn dawn huma ddiżappuntati bil-mod kif May qed tmexxi n-negozjati dwar Brexit minkejja li Brussell qed timbotta’ għal ftehim siewi sal-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena.
L-eks Ministru għal Brexit Steve Barker qal li May qed taffaċċja kriżi politika tremenda minħabba l-apatija li biha qed tmexxi dawn in-negozjati.