Edwin Vassallo, messaġġier tal-Qorti, tpoġġa taħt ordni ta’ probation wara li nstab ħati li seraq fajl dwar każ ta’ traffikar tad-droga.
Il-każ seħħ f’April ta’ sentejn ilu, meta żewġ messaġġiera tal-Qorti, Edwin Vassallo u Joseph Bezzina ġew investigati mill-pulizija wara li fajl b’evidenza fuq raġel akkużat bi traffikar tad-droga għib mill-uffi ini tal-qorti.
Fis-seduti preċidenti ħareġ li l-aħħar żewġ persuni li aċċessaw dawn il-fajls kienu iż-żewġ messaġġiera, bit-tnejn li huma bdew iwaħħlu f’xulxin dwar minn ħareġ b’din l-idea.
Bezzina qal li Vassallo qallu biex jaħbi l-fajl, iżda hu ppanikja u mar jirrapurtah. Min-naħa l-oħra, Vassallo qal li Bezzina kien staqsieh k’ma jridx jaqla’ kemxa flus billi jaħbi dan il-fajl.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud rat kif l-istqarrija ta’ Vassallo kienet aktar kredibbli u sabitu ħati li seraq fajl u mhux li qered evidenza.
Vassallo nstab ħati ta’ kompliċita u tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal tliet snin. Il-Qorti ordnatlu wkoll sabiex jagħmel 489 siegħa ta’ servizz komunitarju.