F’Londra, komplew it-tfittxijiet għal eks suldat u priġunier li ħarab minn ħabs f’Londra, l-Erbgħa filgħodu.
Daniel Abed Khalife, ta’ 21 sena, kien qed jistenna li jgħaddi ġuri, mixli li ħalla bombi foloz f’bażi militari.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hu maħsub li r-raġel għadu jħuf fil-belt, filwaqt li l-pulizija ippubblikat id-dettalji bir-ritratt tiegħu.
Dan filwaqt li sar appell biex min jilmaħ lil Khalife ma jersaqx lejh, iżda jinforma lill-awtoritajiet konċernati.