F’attività politika f’Ħal Lija, Simon Busuttil qal li se jkompli jiġġieled. Dan filwaqt li ma lissinx kelma dwar il-kumpanija De la Rue li dwarha Busuttil għamel kampanja negattiva li marret żmerċ u mhux bi ftit , għax l-istess kumpanija iddeċidiet tibqa’ f’pajjiżna u se żżid il-ħaddiema.