Tan-nanna ħelu Manna jgħidu u s-Sibt filgħodu f’San Vinċenza de Paul kien hemm ħafna ħlewwiet li ħallew bosta jilagħqu xuftejhom. Il-ħsieb ewlieni wara din l-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni kienet ir-relazzjoni interġenerazzjonali bejn l-anzjani u ż-żgħażagħ.
Dan hekk kif f’atmosfera tal-Milied, in-nanniet u n-neputijiet preżentaw il-prodott tagħhom fosthom kejkijiet u anki ħelu tradizzjonali ieħor marbut ma’ dawn il-festi.
F’din il-kompetizzjoni ħadu sehem ħamsin parteċipant fejn kull anzjan u neputi ħmew ħelu marbut maż-żminijet tal-Milied fejn riedu jilħqu tliet kriterji, li huma: it-tjubija, id-dehra u l-kreattività tal-prodott ippreżentat.
Il-ħelu ġie aġġudikat minn erba’ mmembri tal-ġurija li esperjenza wiesgħa fit-tisjir. Il-parteċipanti kienu lkoll bit-tbissima lesti biex wara l-kompetizzjoni jduqu l-ħelu ta’ xulxin.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis assista għal din il-kompetizzjoni fejn feraħ lill-parteċipanti kollha.
“F’din l-attivita wieħed anzjan u wieħed zgħir , irrid ikun inqas minn 18-il sena igiefir hemm l-intergenerational solidarity. Aħna nafu kemm in-nanniet għandhom rwol importanti fil-familji tagħna, u kemm in-neputiiet jħobbuhom.dan iż-żmien sabiħ tal-milied fejn il-familja tiċċelebra f’dan il-jum ta’ mħabba irridu inkoplu noffru l-opportunitajiet biex anke bħala familja nkunu nistaw niċċelebraw l-imħabba lejn xulxin.” Stqarr is-Segretarju Parlamentari.