Illum fetħu l-applikazzjonijiet tal-kompetizzjoni Fishing for Recipes immirata għal studenti ta’ bejn l-etajiet ta’ 9 snin u 15-il sena.
L-għan tal-kompetizzjoni hu li jiġu ppremjati riċetti innovattivi, magħmula minn studenti minn ħut lokali fir-riċetti tagħhom.
Din l-inizjattiva għandha l-għan ukoll li tippromwovi t-tisjir kreattiv tal-ħut tipiku Malti, u l-konsum sostenibbli fost il-familji Maltin u Għawdxin.
Għal din il-kompetizzjoni, se jkun hemm ġurija biex tagħżel 10 finalisti li se jitħabbru permezz ta’ paġna maħluqa apposta fuq il-midja soċjali fejn fuq l-istess paġna, se jkun hemm ir-ritratti tar-riċetti kif ukoll l-ingredjenti użati.
Kull min hu interessat għandu jimla’ l-applikazzjoni bid-dettalji mitluba u jibgħatha flimkien mar-riċetta u r-ritratti fuq fishingforrecipes.mafa@gov.mt sa nhar il-Ġimgħa 5 ta’ April 2024.
Agħfas hawn biex tniżżel l-applikazzjoni u tara r-regolamenti.