Wieħed mill-ħames aggressuri li wieġbu ħatja li darrbu lil Liam Debono waqt argument se jittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li tah ħass ħażin fil-Qorti.
Sħabu stess li flimkien qed jiġu akkużati bil-feriment ta’ Debono, ppruvaw jgħinu lill-ġuvni ta’ 20 sena fejn bdew jgħidulu “kellimni, kellimni”. B’komossjoni kawża tal-każ u ta’ dak li ġara, omm l-ġuvni li tah ħass ħażin infexxet tibki bl-ispettur jgħati l-ewwel għajnuna.
Intant ftit wara li tah ħass ħażin wieħed mill-akkużati, sħabu bdew ipejpu fil-binja tal-Qorti u jgħajtu kliem dispreġjattiv fil-Qorti.
Liam Debono hu ż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li qed jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil tal-Pulizija Simon Schembri.