Kmieni dalgħodu ntlaħaq qbil sabiex il-magħrufa prinċipessa tal-POP – RAYE tingħaqad mal-kumplament tal-mużiċisti nternazzjonali li se joffru spettaklu fuq il-Fosos tal-Furjana għall-Kunċert ISLE OF MTV.
Apparti numru ta’ DJ’s u kananti nternazzjonali se jingħaqdu wkoll għadd ta’ DJ’s lokali li ser joffru spettaklu qabel jibda l-kunċert. ONE News żar il-Fosos tal-Furjana fejn segwa l-preparamenti għaddejjin għal dan il-kunċert li jifforma parti mill-Malta Music Week.