“Il-fatt li qed inlestu għall-ħdax-il edizzjoni, juri s-suċċess ta’ dan l-avveniment annwali li fuq kollox il-pubbliku Malti u internazzjonali jistenna. Din is-sena kien hemm domanda ferm ikbar ta’ exposure socjali.” Qal dan Russel Samuel minn Barcode International waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-ħdax-il edizzjoni tal-Isle of MTV.
Iċ-Chairman tal-Awtorità għat-Turiżmu, Gavin Gulia qal li t-turiżmu mhux sempliċiment kemm-il turist iżur Malta iżda anke dwar il-prodott offrut u kif ukoll avvenimenti ta’ dan it-tip. It-turiżmu huwa frott il-ħidma konġunta ta’ kull min jaħdem f’din l-industrija.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li huwa ta’ unur li qed jorganizza l-ikbar kunċert b’xejn fl-Ewropa, kunċert li mistenni jattira mal-50,000 elf ruħ. Dan hu parti mill-exposure li Malta għandha bżonn biex tibqa’ destinazzjoni attraenti. Mizzi sostna li jinsab kunfidenti li l-avveniment se jerġa’ jkun suċċess.
Spjega kif l-MTA se tkun qed tagħti €20,000 lill-Kunsill Lokali tal-Furjana biex ikun jista’ jżomm kollox b’mod sigur. Fuq il-post se jkun qed ikun hemm 170 Uffiċjali tal-Pulizija u kif ukoll madwar 300 uffiċjali tas-sigurtà.