Illum, It-13 ta’ Diċembru Malta qed tiċċelebra il-Festa Nazzjonali ta’ Jum ir-Reppublika, propju l-ġurnata ta’ meta r-Reġina Eliżabbetta fl-1974 ma’ baqgħetx kap tal-istat ta’ pajjiżna u nħatar Sir Anthony Mamo bħala l-ewwel President tar-Repubblika Maltija.
Matul il-jum tal-Ġimgħa, sabiex tiġi kkommemorata din il-ġurnata, itellgħu diversi ċelebrazzjonijiet fil-Belt Kapitali, hekk kif Il-kontinġenti tal-Forzi Armati ta’ Malta, akkumpanjati mill-Banda, dalgħodu telqu minn ħdejn il-bini tal-Parlament f’Misraħ il-Ħelsien il-Belt Valletta, fejn minn hemm immarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ fejn saret il-Parata.
Għall-Parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta’ Malta attendew l-President ta’ Malta, l-Aġent Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.
Wara l-parata saret Ċerimonja ta’ Investitura u tal-Għotja ta’ Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-Gran Mastru.
Imbagħad il-President ta’ Malta George Vella qiegħed kuruna ta’ tifkira fuq il-Monument ta’ Malta Repubblika, il-Marsa.
Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija mistenni jitella’ programm ta’ marċi mis-Soċjetà Muzikali La Valette tal-Belt Valletta. Il-marċ jibda minn Misraħ il-Ħelsien u jgħaddi minn Triq ir-Repubblika.
Diskors tal-President:
Il-President ta’ Malta George Vella appella għall-għaqda nazzjonali f’dan iż-żmien partikolari f’pajjiżna u sabiex l-istituzzjonijiet f’pajjiżna jitħallew jagħmlu xoghlhom sabiex toħroġ il-verita.
Il-President qal dan waqt l-indirizza tiegħu waqt iċ-ċerimonja annwali tal-Festa Nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika
Dr Vella appella wkoll sabiex inkunu moderati fl-imġieba tagħna u niddefendu isem pajjiżna speċjalment ma’ min jista’ juża’ din l-okkażżjoni biex iħammeġ u jċekken lil Malta f’għajnejn il-barrani.
Il-President tkellem ukoll dwar il-libertà tal-istampa u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni f’pajjiżna u appella biex jittieħdu l-miżuri leġiżlattivi u dawk ta’ sigurtà sabiex dan ikun assigurat. Dan filwaqt li fl-istess ħin fakkar lill-ġurnalisti li għandhom responsabbiltajiet kbar xi jġorru f’soċjetà moderna.
Il-President tenna wkoll li qed jieħu hsieb li titwettaq ix-xewqa biex naraw x’riformi hemm bżonn fil-kostituzzjoni tama u fl-liema oqsma dan għandu jsir. Dan filwaqt li assigura li qed jingħata widen għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummisjoni Venezja biex jitwettqu dawn ir-riformi sa fejn nistgħu u sa fejn jgħodd għaċ-ċirkostanzi lokali tagħna.
Il-President finalment ukoll rringrazzja lill-imsieħba u midja barranija li għenu fl-investigazzjonijiet li kienu u għadhom għaddejin fl-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-President temm jgħid li f’dan it-trapass għandu jwassal sabiex l-ewwel u qabel kollox toħroġ il-verità. B’hekk reġa’ aċċenna għall-importanza li l-istituzzjonijiet jitħallew jagħmlu xogħlhom b’mod mill-iktar seren.
L-ordni Nazzjonali tal-Meritu:
http://www.one.com.mt/2019/12/13/karmenu-vella-rikonoxxut-fjum-ir-repubblika-3/
Titlu ta’ Uffiċjal Onorarju
http://www.one.com.mt/2019/12/13/il-professur-raymond-mangion-fost-dawk-li-nghataw-titlu-ta-ufficjal-onorarju/
Midalja għall-Qadi tar-Repubblika:
http://www.one.com.mt/2019/12/13/l-awtur-tal-kanzunetta-l-ewwel-tfajla-li-habbejt-u-l-atleti-tal-ispecial-olympics-ippremjati/
http://www.one.com.mt/2019/12/13/ir-ragel-li-ddisinja-d-denb-vertikali-tal-ajruplan-concorde-rikonoxxut-fuq-bazi-onorarja/
Ritratt: OPR