Kollox jinsab lest għar-rally li se jorganizza l-Partit Laburista llejla fis-sitta.
Dan ir-rally se jilħaq il-qofol tiegħu bid-diskors tal-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela, li permezz tiegħu se tingħalaq il-konferenza tal-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista qiegħed jappella biex kull min irriserva post biex jattendi, jagħmel dan għaliex il-postijiet kienu limitati.
L-attività se tiġi organizzata b’konformità sħiħa mal-miżuri tas-saħħa.
Dawk li mhux possibbli jattendu r-rally jistgħu jsegwu d-diskors tal-Prim Ministru dirett fuq l-istazzjonijiet ONE.