Kollox jinsab lest għal-mass meeting t’ghada fuq il-Fossos tal-Furjana.
Il-mass meeting taċ-ċelebrazzjoni tal-ikbar rebħa elettorali fl-istorja se jibda għada għall-habta tal-17:00 ta’ wara nofsinhar, biex fis-19:00 jindirizza l-eluf ta’ persuni li se jkunu preżenti biex jilqgħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Għada l-Partit Laburista se jkun qed jiġbor donazzjonijiet għall-Partit waqt Maratona Ġbir ta’ Fondi filwaqt li se tkun qed tiġi rkantata l-karozza tal-Prim Ministru, bil-fondi kollha migbura jmorru għall-karità.