L-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ta’ din is-sena li wasal biex jagħlaq, serva għal darba oħra bħala paraventu biex il-kaċċaturi joħorġu jisparaw għal kulma jaraw itir quddiemhom. Dan qalitu l-Birdlife fi stqarrija lill-midja.
It-timijiet tagħha fil-kampanja nnutaw li l-kaċċaturi ma kinux qed jikkaċċjaw għas-Summien imma kienu qed jisparaw fuq kull għasfur protett li jaraw.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni llum, BirdLife Malta ħabbret li tul l-istaġun s’issa ġabret 10 għasafar protetti li ġew ikkonfermati mill-veterinarju li spiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali.