Kollox lura għan-normal fil-Belt Valletta wara li aktar kmieni dalgħodu kien hemm theddida ta’ bomba fl-inħawi tal-Qorti.
Kien għall-ħabta tas-7.00 meta daħal rapport lill-Pulizija dwar theddida ta’ bomba fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
Għal xi ħin ingħalqu xi toroq fil-kapitali Maltija biex il-Pulizija setgħu jispezzjonaw.
Fuq il-post kien hemm ukoll uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit, membri tal-Explosive Ordinance Disposal u oħrajn mill-iskwadra tal-klieb.
Għall-ħabta tal-10.00, is-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal u l-Qorti tinsab miftuħa.