Hawn min qiegħed jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed iżid it-temperatura politika għax għandu bżonn il-flus.
L-imkejjen fid-Dar Ċentrali jsemmu diversi raġunijiet u din ġieli kienet waħda minnhom. Fil-fatt drajna issa li ma tgħaddix ġurnata li ma jkunx moħħhom kif se jdabbru lira żejda għall-partit li jgħid li ġabu fuq saqajh.
Ċedoli, Skema Ejjew Nazzjonalisti, maratoni fuq ir-radju u x’naf jien. Imma anke mass meeting favur id-demokrazija u l-libertà l-iktar li ħasbulu għall-flus. Meta msieken huma tant mhedda lanqas tilħaq tidħol il-Belt li ma jitolbukx donazzjoni. Insomma, l-qagħda ekonomika fi klassi A għandha tgħinhom xi ftit.