Fi stqarrija Il-Ministeru għat-Turiżmu tenna l-importanza tal-airshow, dan b’referenza għall-artiklu ppublikat fit-Times fejn il-gazzetta rrapurtat li dan l-avveniment jinsab fil-limbu minħabba l-finanzjament li jrid jasal m’għand il-Gvern.
Il-Ministeru għat-Turiżmu saħaq li dan l-avveniment huwa parti mill-kalendarju turistiku u fakkar fil-ħidma sfieqa mill-voluntiera tal-Malta Aviation Society biex dan l-avveniment seta’ jseħħ matul dawn l-aħħar 24 sena.
“Bħal kull sena, id-dokumenti mitluba qegħdin jiġu evalwati u l-isponsorship tiġi affetwata fil-mument propizju”, intqal fl-istqarrija tal-Gvern.
Il-Ministeru spjega kif dan huwa avveniment li qiegħed jikkontribwixxi għal kwalità aħjar fil-prodott turistiku u flimkien mal-Malta Aviation Society se ssir ħidma biex l-istandards relatati fosthom is-sigurtà tal-pubblika tkun imħarsa.