Il-Fondazzjoni Inspire u l-Università ta’ Malta se jkunu qed jerġgħu jikkollaboraw dwar riċerka, materjali tal-kors għal kwalifiki vokazzjonali u dibattiti pubbliċi relatati mad-diżabilità u l-inklużjoni. Dan wara l-iffirmar ta’ ftehim ġdid li hu validu għat-tliet snin li ġejjin.
Il-missjoni tal-Fondazzjoni Inspire dejjem kienet li ttejjeb il-ħajja ta’ individwi b’diżabilità u l-familji tagħhom, waqt li jemmen li kulħadd għandu d-dritt għal ugwaljanza fis-soċjetà, l-Inspire toffri firxa ta’ servizzi u faċilitajiet edukattivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex bil-għan li tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire, Antonello Gauci, stqarr li l-impenn tagħhom huma fil-funzjonijiet ta’ riċerka biex tiżdied l-aċċessibilità tas-servizz u tkun dejjem informata dwar d-diżabilità.