Għexieren ta’ spiżjara Maltin qed igawdu minn fondi għal taħriġ, riżultat ta’ kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għall-Mediċini u dik Olandiża.
Fil-fatt, din tal-aħħar tagħti mas-seba’ mitt elf ewro kull sena biex professjonisti Maltin fis-settur jieħdu l-aqwa taħriġ possibbli u jkunu jistgħu jisfruttaw il-potenzjal tal-karriera tagħhom.
Fil-preżenza ta’ delegazzjoni Olandiża li tinsab f’pajjiżna, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista spjega fiex qed jissarrfu dawn il-flus b’mod tanġibbli.
Qal, “Nagħmlu iktar liċenzjar ta’ mediċini, nagħmlu iktar inspections lil hinn minn xtutna ta’ attivitajiet farmaċewtiċi, imma fl-aħħar mill-aħħar ikun qed isir xogħol li permezz tiegħu tkompli tikber din l-Awtorità, fil-fatt minn tletin din l-Awtorità qiegħda b’mitt ruħ.”
Dan l-istazzjon tkellem ma’ Esther Nigaholt, parti mid-delegazzjoni Olandiża, li spjegat kif anki pajjiż kbir bħall-Olanda gawda minn kollaborazzjoni ma’ stat żgħir bħal Malta.
Spjegat, “We also received a lot of feedback, it was a two way street, not only The Netherlands saying “we are very good” but we had a leading role and Malta is now also entering in a top 10 of the countries who are doing assessments for the other 20 countries so we’re very proud of this cooperation.”
Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Mediċini, i l-Professur Anthony Serracino Inglott, spjega li wara BREXIT, qed issir ħidma biex ikun assigurat li Malta żżomm l-istess livellimediċinali ta’ pajjiżi oħra Ewropej.
L-istess ħsieb qasmu l-Ministru Clayton Bartolo, li faħħar ħidmet l-Awtorità Maltija biex tkompli tnaqqax isimha internazzjonalment.
Qal, “Dawn ikomplu jgħinu lill-Awtorità timraħ ’il quddiem u tgħin sabiex inkomplu nagħmlu lil pajjiżna wieħed mill-ewlenin fejn jidħlu l-istandards mediċinali fuq livell Ewropew.”