Matul il-lejl li għadda, wara diversi jiem ta’ osservazjoni, membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, għamlu tfittxija f’bar f’Ħal Safi, fejn moħbijin ġewwa kompressur ta’ friġġ instabu 26 qartas bi trab abjad allegatament kokajina li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati.
Instabu wkoll diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga. Raġel ta’ 33 sena residenti l-Ħamrun ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.
Waqt li kien qed isir dan ir-raid, ġewwa l-istess bar kien hemm ukoll raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq fejn meta saret tfittxija fuqu nstabu wkoll xi qratas bi trab abjad allegatament kokaina. Tfitxxijiet oħra saru fil-vettura u r-residenza tiegħu fejn saret sejba t’iktar qratas.
Iż-żewġt irġiel għadhom qed jiġu miżmuma mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet.