Martin Carabott kok f’ristorant f’Piccadilly Londra rebaħ ir-Roux Scholarship għas-sena 2018.
Carabott ta’ 29 sena mexa fuq il-passi ta’ kollega tiegħu Luke Sleby, kok ieħor fl-istess ristorant. Hu kkompeta fil-finali għat-tielet darba u rebaħ lil ħames kandidati oħra f’kompetizzjoni iebsa.
Il-kompetizzjoni saret fil-kulleġġ Westminster Kingsway f’Londra.
Il-kokijiet kellhom isajru varjetà ta’ platti mhux tas-soltu.