Il-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyahu wissa li l-Gvern ta’ koalizzjoni li ġie propost fil-pajjiż biex hu jitneħħa mill-poter, jaf ikun theddida għas-sigurtà tal-pajjiż.
Hu qed jappella l-partitarji tal-lemin estrem ma jappoġġjawx il-koalizzjoni bejn il-partiti ta’ Naftali Bennett u Yair Lapid.
Dawn għandhom sa nhar l-Erbgħa li ġej biex jifformaw Gvern, u jekk jirnexxielhom, Netanyahu jtemm ir-renju tiegħu bħala l-aktar Prim Ministru tal-pajjiż li dam fil-kariga.