Fil-palazz presidenzjali fl-Afganistan tqanqlet ġlieda kbira tant li wieħed mill-ko-fundaturi tat-Taliban telaq minn Kabul u spiċċa reħilha lejn Kandahar.
Skont sorsi tal-aġenzija internazzjonali tal-aħbarijiet BBC, il-ġlieda bejn l-ko-fundatur u wieħed mill-membri tal-Kabinett, kienet dwar il-Gvern il-ġdid tat-Taliban fil-pajjiż.
Filfatt hemm diversi rapporti li mhumiex konfermati li jixhdu nuqqas ta’ qbil fi ħdan it-tmexxija tat-Taliban.
Il-Kabinett interim tat-Taliban huwa kompletament iffurmat mnn irġiel li huma membri prominenti fi ħdan il-grupp.
Uħud minnhom huma magħrufin sew għall-attakki li għamlu fuq forzi Amerikani matul dawn l-aħħar għoxrin sena.