Il-Knisja antika magħrufa bħala tas-Samra fil-qalba tal-Ħamrun għadha kif ġiet elevata għal grad pretiġjuż ta’ Santwarju b’digriet tal-Arċisqof ta’ Malta Mons.Charles J. Scicluna wara rikors tal-Kappillan tal-Paroċċa San Gejtanu Dun Walter Cauchi fuq suġġeriment tar-Rettur preżenti Dun Andrew Borg.
Din il-Knisja tinsab fuq l-għolja magħrufa bħala ta’ Atocia u ġiet mibnija fl-1630 flok kappella oħra li kienet tinsab fl-istess post. Il-Knisja hija ddedikata lill-Madonna s-Samra u hija meqjusa bħala devota kemm mal-Ħamruniżi kif ukoll mat-turisti li jiġu jżuruha minn pajjiżi oħra.
Fil- 15 t’Awwissu, il-ġurnata li fiha tiġi ċċelebrata l-festa tat-tlugħ is-sema tal-Madonna, isir pellegrinaġġ bil-vara ta’ Santa Marija li tinsab f’din il-Knisja.