Il-Kunsill Malti tal-Isports kien ordnat iħallas kumpanija 22,000 ewro għal servizzi ta’ tindif li saru f’diversi proprjetajiet li huma operati mill-istess kunsill.
F’każ ċivili, il-kumpanija qalet li kellha titħallas 23,000, 241 ewro għal xogħolijiet li ma sarx ħlas għalihom, minkejja diversi talbiet li saru biex dan isir.
Sport Malta argumentat li hija kienet diġa ħallset 840 ewro mis-somma li kellha titħallas. Dan kien ikkonfermat mid-direttur tal-kumpanija, li qabel li s-somma għandha tinżel għal tnejn u għoxrin elf u erba mitt ewro.