L-għaqda Nature Trust ħabbret li sas-6:45 tal-Ħadd filgħodu faqqsu mas-62 fekruna li għadda fir-Ramla l-Ħamra. Huma bdew ifaqqsu għall-ħabta tas-1:50 ta’ filgħodu.
F’din il-bajja hemm moniteraġġ kontinwu ta’ din il-bejta. Dan sar permezz ta’ ħidma tal-volontiera, tal-Uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) u anke ħidma mill-Ministeru għal Għawdex.
Bħalissa hemm ukoll bejta fil-Bajja tal-Mixquqa u oħra fil-Bajja tal-Għadira.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/30/tbid-fekruna-fil-bajja-tal-ghadira/
Ritratt: Nature Trust/ Facebook