Wieħed mill-piloti li ddefenda lil Malta fit-tieni Gwerra Dinjija li ġġieled fil-Battalja tal-Gran Brittanja, miet fl-eta ta’ 101.
Il-kmandant Paul Farnes li miet nhar it-Tlieta filgħodu, ġġieled f’isem Malta bejn Marzu u April 1942, fil-qofol tal-Assedju ta ‘ Malta.
Huwa ngħata l-Midalja tad-DFM f’Ottubru 1940 u mbagħad ikkummissjonat bħala uffiċjal.
Is-Sur Farnes kien beda l-karriera tiegħu mar-Royal Air Force Volunteer Reserve lura f’1938 qabel ma daħal fl-iSquadron matul il-Battalja ta’ Franza fl-1940.
Huwa rtira fl-1958 u kien l-uniku wieħed minn dawk li salva li ħa sehem fiċ-ċerimonji li jimmarkaw ‘The Few’ tal-Battalja tal-Gran Brittanja.