KM Malta Airlines u l-grupp Lufthansa ffirmaw ftehim bilaterali ta’ codesharing, li jinkludi fih linji tal-ajru li jagħmlu parti minn dan il-grupp tal-ajru internazzjonali.
Dan tħabbar fi stqarrija mil-linja tal-ajru nazzjonali, fejn intqal li l-grupp Lufthansa jinkludi fih lil-linji tal-ajru: Lufthansa, l-Austrian Airlines, Brussels Airlines u Swiss. B’dan il-ftehim se jidħol fis-seħħ mill-Ħadd 31 ta’ Marzu.
Fost oħrajn dan il-ftehim se jinkludi li wieħed jista’ jibbukkja biljett wieħed tal-ajru meta wieħed itir b’dawn it-titjiriet.
Dan il-ftehim se jwassal biex il-linja nazzjonali tal-ajru se ttir f’31 destinazzjoni ġdida madwar l-Ewropa.