KM Malta Airlines ħabbret li minn mindu fetħet il-bookings fl-4 ta’ Diċembru li għadda, diġa’ rċeviet kwart ta’ miljun booking għas-Sajf ta’ din is-sena.
Fi stqarrija l-linja nazzjonali ġdida qalet kif l-250,000 booking jammonta għal 18% tal-bookings li għandha ppjanati għal dan l-istaġun.
KM Malta Airlines qalet kif qed tesperjenza domanda qawwija kemm għall-business class fares u l-flexible economy fares.
Kelliem għal-linja nazzjonali qal kif ix-xiri tal-biljetti tal-ajru qabeż l-aspetattivi tal-kumpanija u li l-istrateġija qed turi kif hi waħda effettiva.
Il-programm, li se jkun qed jopera bejn il-31 ta’ Marzu u s-26 ta’ Ottubru 2024, se jara lil-linja nazzjonali ttir lejn 15-il belt prinċipali Ewropea, li huma Amsterdam fl-Olanda, Berlin fil-Ġermanja, Brussell fil-Belġju, Katanja, Ruma u Milan fl-Italja, Dusseldorf u Munich fil-Ġermanja, Londra fl-Ingilterra permezz ta’ Gatwick u Heathrow, Lyon u Pariġi permezz ta’ Charles de Gaulle u Orly fi Franza, Madrid fi Spanja, Praga fir-Repubblika Ċeka, Vjenna fl-Awstrija u Zurich fl-Iżvizzera.