Il-linja nazzjonali tal-Ajru, KM Malta Airlines ħabbret li nediet app ġdida biex dawk li għandhom titjira magħha, faċilment ikunu jistgħu jużaw il-mowbajls taghħom sabiex jagħmlu check-in, jew isibu inofrmazzjoni dwar it-titjira.
Din l-app tista’ titniżżel minn mowbajl IOS u Android.
Kif imħabbar dan ix-xahar stess, KM Malta Airlines, se tkun qabżet il-bejgħ ta’ miljun biljett mindu bdiet tilqa’ l-bookings mill-aħħar tas-sena li għaddiet.
Fil-programm attwali tagħha, din qed ittir lejn 15-il belt prinċipali Ewropea fl-Olanda, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Italja, l-Ingilterra, Franza, Spanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Awstrija u l-Iżvizzera.