Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Ministru għall-Edukazzjoni, Clifton Grima, żaru x-xogħol fuq klinika tad-dentistrija ġdida f’Għawdex, b’apparat tal-ogħla livell u b’servizzi avvanzati.
Din il-klinika f’Għajnsielem qed issir bħala parti minn proġett edukattiv konġunt bejn iż-żewġ Ministeri.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-proġett, li mistenni jitlesta fiż-żmien li ġej, se jkun ta’ benefiċċju għall-istudenti fil-Fakultà tad-Dentistrija fl-Università ta’ Malta, u se jservi wkoll biex jieħu ħsieb snien it-tfal.
Is-servizz se jkun estiż għal persuni b’diżabilità u għall-anzjani.
Preżenti għaż-żjara kien hemm ukoll ir-Rettur tal-Università u d-Dekan tal-Fakultà tad-Dentistrija, li tkellmu u spjegaw is-servizzi avvanzati li se jingħataw f’din il-klinika.