Fil-bidu ta’ din is-sena skolastika nfetħet li biex tgħin lil dawk l-istudenti tal-Higher Secondary School li jkunu qegħdin jesperjenzaw problemi relatati tas-saħħa mentali. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jbiddel l-istigma u l-attitudni negattivi assoċjati tas-saħħa mentali filwaqt li tippromwovi l-importanza li nieħdu ħsieb is-saħħa mentali. Dan kollu jista’ jsir billi jagħtu servizzi psikoloġiċi aktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ b’mod uniku u magħmul apposta b’mod li tiġi pprovduta informazzjoni relevanti biex jiżdied l-għarfien fuq is-suġġett.
Il-klinika fetħet il-bibien tagħha lejn il-bidu ta’ din is-sena skolastika fl-2019 u dan il-proġett pilota huwa ffinanzjat permezz tal-Malta Social Impact Awards organizzata mill-Gasan Foundation u Inspirasia Foundation.
Dan il-proġett qiegħed isir bil-kollaborazzjoni tal-Enlight Foundation flimkien mal-Giovanni Curmi Higher Secondary kif ukoll Richmond Foundation.