Sena wara sena, in-numru ta’ turisti li jżuru lil pajjiżna dejjem qed jiżdied. It-temp uniku u l-kosta pittoreska li ddawwar il-gżejjer Maltin huma użud mill-affarijiet li jiġbdu lit-turisti lejn pajjiżna.
Crew ta’ ONE News mar fir-raħal ta’ Marsaxlokk fejn tkellem ma wħud mill-eluf ta’ turisti li qattgħu il-Ħadd filgħodu jammiraw is-sbuħija ta’ dan il-port.
Il-karattru uniku tal-port ta’ Marsaxlokk ma naqsx milli jħalli impatt pożittiv fuq dawk li ta’ kuljum imorru jżuruh. Apparti l-mijiet ta’ dgħajjes tas-sajjieda li jagħtu l-dan il-port il-karateristiċi uniċi tiegħu r-ristoranti li hemm ikomplu jgħinu sabiex iħallu togħma tajba lil kull min iżurhom.